Services

Here you will find information regarding what services are provided by RISe Foundation.   Read More

Volunteers

Here you will find information on how one can become a volunteer of RISe Foundation   Read More

Donations

Here you will find information on how one can make a donation to RISe Foundation.   Read More


Speech of President Emeritus Dr. George Abela, during an event called ‘Lejla ta’ Solidarjeta’ in San Blas on the occasion of the graduation of a number of residents.
5th July 2012


"Pajjiżna għad m’għandux struttura komprensiva mmexxija fuq linji professjonali moderni biex taffronta l-fattur ta’ numru sinifikanti ta’ detenuti li waslu biex joħorġu mill-Faċilità Korrettiva u jintegraw ruħhom fil-komunità. Biex isir dan, jinħtieġu riżorsi umani u finanzjarji imma l-frott mistenni jiġġustifika l-investiment.
Jiena nixtieq nipproponi proġett li jeżisti f’pajjiżi oħra barranin bħal Programm “Exodus” ta’ Rotterdam, l-Olanda fejn fl-1980 fuq inizjattiva mill-Knejjes, fosthom il-Knisja Kattolika, infetħet “half way home” li setgħet takkomoda detenuti li waslu fl-aħħar fażi tas-sentenza tagħhom u jsegwu programm fejn jippreparaw irwieħhom biex joħorġu lura fis-soċjetà u jaqbdu ħajja ġdida, programm li jħarriġhom kif jiffaċċjaw il-ħajja, jibnu u jsaħħu l-karattru tagħhom u jibdew jaħsbu b’mod ġdid. Il-proġett beda bil-volontieri imma mbagħad żviluppa b’mod professjonali tant li llum huwa rikonoxxut mill-Ministeru tal-Ġustizzja Olandiż. Kull dar hija mmexxija minn bord u volontieri mis-soċjetà ċivili.

Fil-qosor, il-programm jibda billi għal ġimgħatejn l-okkupanti tad-dar jibqgħu ġewwa u jitħallew joħorġu akkompanjati minn membri tal-istaff biex jaqdu xi bżonnijiet bħal pereżempju jirreġistraw għax-xogħol. It-tliet xhur ta’ wara jkunu fażi ta’ orjentazzjoni – introspezzjoni fil-karattru tal-okkupant, tiftix għax-xogħol, konsiderazzjoni tal-problemi tiegħu bħal djun u relazzjonijiet personali. Imbagħad erba’ xhur ta’ żvilupp u livell għola ta’ libertà. Xahrejn oħra jitħarrġu dwar xogħol u konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja. Fl-aħħarnett, isir tiftix għal akkomodazzjoni indipendenti għal meta l-okkupant itemm is-sentenza.

L-Exodus hija mnebbħa mit-tradizzjoni Kristjana imma tilqa’ lil kulħadd. Hi mezz prattiku kif id-detenut jiġi mgħejjun ħalli jgħin ruħu. Naħseb li dan il-proġett jista’ jkun ta’ eżempju għal pajjiżna. Jista’ jkun, pereżempju, li d-Djoċezi Maltija jew xi ordni reliġjuż jagħmlu disponibbli xi bini tagħhom li mhux qed jiġi utilizzat b’mod effiċjenti ħalli proġett ta’ fejda bħal dan ikun jista’ jitwettaq . Wara kollox, il-pedament ta’ dan il-proġett huwa wieħed ispirat mill-karità Kristjana u jkun ta’ ġid kemm għall-ex detenut u kemm għas-soċjetà, b’hekk kulħadd għandu x’jirbaħ."