Services

Here you will find information regarding what services are provided by RISe Foundation.   Read More

Volunteers

Here you will find information on how one can become a volunteer of RISe Foundation   Read More

Donations

Here you will find information on how one can make a donation to RISe Foundation.   Read More


Sentenzi tal-Mewt 'Bil-Mohbi' f'Pajjizna

Ghal min isir jaf li l-Papa Frangisku tkellem u kkundanna l-piena tal-mewt, zgur li ma jiehux xi sorpriza kbira. Il-Knisja ilha snin titkellem u tikkundanna l-piena tal-mewt, tant li llum huma hafna inqas il-pajjizi li ghadhom japplikaw din il-piena. Propju fiz-zjara li l-Papa Frangisku ghadu kif ghamel gewwa l-Istati Uniti, huwa rega’ ghamel appelli qawwija sabiex tigi abilita l-piena tal-mewt, mhux biss fl-Istati Uniti stess imam fuq livell globali. Huwa sahaq li: “every life is sacred, every human person is endowed with inalienable dignity”. Il-Papa ghamel appell qawwi propju l-Hamis 24 ta’ Settembru ta’ din is-sena fejn qal li huwa jrid jara: “global abolition of the death penalty”.

Izda jekk dan l-appell qawwi u mqanqal tal-Papa Frangisku, ma jissorprendiniex, zgur li jissorprendina l-fatt li l-Papa johrog jitkellem b’qawwa kbira kotra l-piena tal-ghomor il-habs. Din hija xi haga li poggietu fuq nett fir-raportagg tal-medja kollha! Dan l-appell tal-Papa ma kiex l-ewwel wiehed li ghamel f’dan ir-rigward imma diga kien tkellem fit-22 ta’ Ottubru tas-sena l-ohra (2014) meta huwa kien qieghed jindirizza lill-Assoccjazzjoni tal-Ligi Penali. Huwa heggeg lil ‘persuni kollha ta’ rieda tajba’ biex jiggieldu bis-shih il-piena tal-mewt u t-titjib fil-kundizzjoni tal-habsijiet. Fl-ittra il-Papa Frangisku jghid: “ghalhekk, dawk li huma Kristjani, flimkien ma’ kull persuna ta’ rieda tajba, huma msejjha illum biex jiggieldu, mhux biss ghall-projbizzjoni tal-piena tal-mewt, sew jekk legali u sew jekk le, u f’kull forma taghha, imma wkoll biex jigu mtejjba l-kundizzjonijiet tal-habsijiet b’mod li jirriflettu u jirrispettaw id-dinjita’ tal-persuni li huma mcahhda mil-liberta’. Ma dawn jiena nghaqqad ukoll is-sentenza tal-ghomor il-habs. Fl-istat tal-Vatikan, minn ftit zmien ilu, ma tezistix izjed is-sentenza ghall-ghomor fil-Kodici Penali. Is-sentenza ghall-ghomor hija sentenza tal-mewt mohbija”. Issa wkoll fiz-zjara li l-Papa ghamel gewwa l-Istati Uniti, ma tilifx l-opportunita’ biex jitkellem dwar il-piena tal-ghomor il-habs. Huwa jghid: “this involves committing convicted prisoners essentially to remain behind bars for the rest of their natural life”. Il-Papa qal li huwa kontra l-piena tal-ghomor il-habs ghaliex: “it removed all hope from the prisoner. A just and necessary punishment must never exclude the dimension of hope and the goal of rehabilitation”. Inzommu f’mohhna li l-Istati Uniti hija l-uniku pajjiz li ghadhom jaghtu s-sentenza tal-ghomor anki lil zghazagh taht it-18-il sena u bhalissa hemm madwar 2,500 persuna li qed jiskontaw sentenzi ta’ rejati li wettwuhom meta kienu ghadhom tfal taht l-eta’.

Jeremy Bamber li fl-1985 gie akkuzat u kkundannat ghal ghomru l-habs fuq il-qtil ta’ membri tal-familja tieghu stess, juri qbil ma dak li qal il-Papa Frangisku. Huwa jpoggi dak li qal il-Papa Frangisku fi kliem iehor: “Jekk fl-istat jixtiequ li jkollhom il-piena tal-mewt, allura ahjar ikunu onesti u jintroducu mill-gdid it-tghallieq”. B’dan il-kliem bhal donnu ried jghid li l-ghomor il-habs huwa mod kif toqtol il-persuna bil-pulit. Huwa gustament jikkummenta li l-ghomor il-habs huwa f’kontradizzjoni ma’ l-ideja li l-habs huwa post ta’ riforma ghax sentenza ta’ ghomor il-habs tichad lil persuna kull possibilita’ ta’ redenzjoni.

Gewwa pajjizna l-ahhar esekuzzjoni tal-mewt saret fil-5 ta’ Mejju 1943 u l-ahhar kundanna tal-mewt kienet fl-1 ta’ Ottubru 1963. Minn dak iz-zmien il-habs ta’ Kordin beda wkoll jissejjah Facilita’ Korrettiva. Dawk li kienu Gwardjani issa bdew jissejjhu Ufficcjali Korrettivi. Ix-xoghol tal-ufficcjal korrettiv mhuwiex izjed is-sigurta’ u d-dixxiplina biss, izda wkoll li jipprovdi tahrig baziku lir-residenti bhala parti mir-riforma taghhom. Il-Ministru ghall-Intern u sigurta’ nazzjonali, l-Onor.Carmelo Abela, fid-diskors tieghu waqt il-pass out ta’ 64 Ufficcjal gdid ghall-Facilita’ Korrettiva, nhar it-13 ta’ Frar li ghadda, qal: “Ilna nuzaw il-kelma Facilita’ Korrettiva ghal numru ta’ snin, izda rridu wkoll l-ufficcjali jkunu wkoll Ufficcjali Korrettivi. Allura rridu nenfasizzaw aktar fuq il-htiega li mhux sempliciment inzommu persuni li jizbaljaw gewwa l-Facilita’, imma rridu ntuhom it-tahrig u skills biex finalment ihallsu tal-izball taghhom imma johorgu persuni ahjar”. Izda rridu niftakru li f’pajjizna wkoll ghad ghandna persuni li ‘bil-mohbi’ jinghataw sentenza ghall-mewt ghaliex jinghataw is-sentenza tal-ghomor. Fil-fatt gewwa pajjizna bhalissa ghandna 15-il persuna b’din is-sentenza. L-ghomor il-habs, ghall-kuntrarju ta’ dak li jahsbu xi whud, ifisser sentenza twila sal-mewt tal-prigunier. Jiena ninghaqad mall-Papa Frangisku u naghmel appell biex l-awtoritajiet ta’ pajjizna, jikkunsidraw sentenzi alternattivi li jkunu konformi mall-isem li bih qed jissejjah il-habs, cioe’ dak ta’ Facilita’ Korrettiva. Sentenzi li, kif qal il-Papa nnifsu, ma joqtlux it-tama fil-persuni u ghalhekk jincentivawhom biex jahdmu ghar-rijabilitazzjoni taghhom infushom u l-gid tas-socjeta’. Naghlaq bil-kliem tal-Papa Frangisku stess: “Society can only benefit from the rehabilitation of those convicted of crimes”.



Minn Patri Franco Fenech Frangiskan Kapuccin

Kappillan tal-Facilita’ Korrettiva.