Services

Here you will find information regarding what services are provided by RISe Foundation.   Read More

Volunteers

Here you will find information on how one can become a volunteer of RISe Foundation   Read More

Donations

Here you will find information on how one can make a donation to RISe Foundation.   Read More


Zjara mil-Kap ta L-Oppozizzjoni

L-Erbgha 4 ta’ Novembru il-Kap tal-Oppozizzjoni, Dott.Simon Busuttil, flimkien ma’ Dott.Beppe Fenech Adami, vici-Kap u Dott.Paula Mifsud Bonnici u Sinjorina Simone Aqulina ghamlu zjara f’Dar Sister Marija Adele Baldacchino fil-Belt Valletta, li hija l-ewwel dar li l-Fondazzjoni RISe fethet biex fiha jinghata program ta’ rijabilitazzjoni lil prigunieri, biex qabel ma jkunu skontaw is-sentenza taghhom, jinghataw kemm hu possibbli ghajnuna biex jintegraw b’mod gradwali u effettiv fis-socjeta’. Waqt din il-laqgha Dott.Simon Busuttil fahhar il-hidma tal-Fondazzjoni RISe u wera l-apprezzament tieghu ghax-xoghol siewi li l-Fondazzjoni se tkun qed toffri b’rizq is-socjeta’ Maltija. Huwa qal li ladarba dan huwa progett li se jaghmel gid lis-socjeta’, se jkollu l-appogg kollu tieghu u tal-Partit, issa u ‘l quddiem. Tkellem ukoll fuq kemm is-socjeta’ in generali ghandha bzonn tkun aktar informata u konxja mill-gid li johrog minn progett bhal dan ghaliex sa issa ghamilna esperjenza bizzejjed li l-element ta’ kastig mhuwiex bizzejjed biex persuna tirrijabilita’ imma jehtieg naghmlu enfasi kbira fuq ir-rijabilitazzjoni vera u shiha tal-persuni fil-habs. Mir-rijabilitazzjoni tal-persuni fil-habs, is-socjeta’ ghandha biss x’tigwadanja u ghalhekk dan il-progett, li huwa l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu f’pajjizna, se jkun ghodda vitali f’dan il-process ta’ rijbalitazzjoni li permezz taghha jista’ jkollna socjeta’ aktar gusta, b’sahhitha u maghquda.